Navigate Up
Sign In

poa

X’inhi prokura?

Prokura hija dokument legali li jawtorizza persuna oħra, imsejħa mandatarju, sabiex jaġixxi għan-nom tal-persuna li tkun għamlet il-prokura, imsejħa l-mandant, f’każ li l-mandant ma jkunx jista’ jieħu d-deċiżjonjiet neċessarji huwa jew hija stess.

Kif intemm Prokura Ġenerali jew Speċjali għal proprjeta` immobbli?

Ir-revoka ta’ dawn il-prokuri hija biss applikabbli:

(a) fir-rigward ta’ prokuri magħmula bejn persuni; għaldaqstant, kumpaniji, entitajiet eċċetra huma esklużi;

(b) fir-rigward tal-prokuri ġenerali kollha bejn persuni;

(c) fir-rigward ta’ prokuri speċjali li jkunu dwar proprjeta` immobbli. Għalhekk, prokuri speċjali dwar immobbli jew prokuri magħmula għal tranżazzjonijiet bankarji (eż. sabiez  jissarrfu ċekkijiet tal-pensjoni) huma esklużi. Fil-każ tal-aħħar, dawn ikunu jridu jiġu revokati billi wieħed jinnotifika l-banek rispettivi.

Tkun trid timtela waħda minn dawn iż-żewġ formoli pprovduti mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. Il-formoli huma: Formola RPG (Revoka ta’ Prokura Ġenerali) jew Formola RPS (Revoka ta’ Prokura Speċjali). Fiż-żewġ każijiet trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identita` ta’ min qiegħed jirrevoka. Fil-każ tal-Formola RSP tkun trid tipprovdi kopja tal-prokura speċjali partikulari li tixtieq tirrevoka.

Ħlas

Jintalab ħlas ta’ €50 għal kull applikazzjoni li tiddaħħal.  

Żmien għall-Ipproċessar

L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern jipproċessa l-applikazzjonijiet kollha onlajn mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra l-festi pubbliċi) sat-15.00. Il-lista ta’ applikazzjonijiet tiġi aġġornata onlajn kuljum.

Dikjarazzjoni ta’ Caħda ta’ Responsabbilta`

L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ma jkunx responsabbli għal kwalunkwe użu ta’ prokuri fi kwalunkwe ġurnata fejn xi applikazzjoni għar-revoka ta’ tali mandati ma tkunx ġiet imdaħħla onlajn sat-15.00.

 Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-​07.30 sa 15.00
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt

 Websajt