X’inhi d-differenza bejn prokura (POA) ġenerali u prokura speċjali?
Prokura ġenerali tagħti jeddijiet mifruxa lill-mandatarju. Il-mandatarju jkun jista’ jieħu deċiżjonijiet mediċi, jagħmel għażliet legali u jieħu deċiżjonijiet finanzjarji u ta’ negozju. Prokura speċjali tillimita l-għażliet u deċiżjonijiet li jista’ jieħu l-mandatarju. Pereżempju, il-mandant jista’ sempliċiment jagħti awtorizzazzjoni sabiex tinbiegħ proprjeta` partikulari. Din il-prokura speċjali tkun marbuta mat-trasferiment ta’ proprjeta` immobbli biss – minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala ‘Speċifika’. F’dan il-każ wieħed irid jipprovdi kopja tal-prokura speċjali li qiegħda tiġi mitmuma.
Għaldaqstant, jista’ jkollok għadd ta’ prokuri speċjali differenti, b’awtorizzazzjonijiet speċifiċi differenti u b’mandatarji differenti għal kull waħda. Wieħed jista’ għalhekk jittermina l-prokuri speċjali kollha li jirrigwardaw proprjeta` immobbli – minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala ‘Speċifiċi – Kollha’.