Navigate Up
Sign In

Servizzi

Pubblikazzjoni ta’ atti varji minn nutara fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern;

Servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-ispezzjoni ta’ atti nutarili u l-ħruġ ta’ kopji ta’ atti u testmenti pubbliċi mill-Arkivji Nutarili:

Jekk tixtieq issib att jew testment, biex tarah jew biex tordna kopja tiegħu, ikollna bżonn l-informazzjoni li ġejja: l-isem tan-nutar, id-data tal-att jew testment, ix-xorta ta’ att (eż. bejgħ, emfitewsi, diviżjoni, eċċ) u l-partijiet li dehru fuq l-att jew testment. F’każ ta’ testment, jekk dak li jkun ikollu diġa` kopja ta’ ċertifikat tal-mewt, dan jista’ jiġi ppreżentat meta wieħed jordna kopja. It-testatur/testatriċi, jew persuna awtorizzata minnu jew minnha, jistgħu jiflu t-testment jew jitolbu kopja tiegħu, basta tintwera l-karta tal-identita` hekk kif tiġi mitluba.

Servizzi lil persuni li jkunu qegħdin jagħmlu riċerka  għal skopijiet purament storiċi, letterarji jew xjentifiċi:

Dawn il-persuni għandhom jissottomettu applikazzjoni għal dan il-għan. Meta tingħata l-approvazzjoni tal-Ministeru, u dejjem jekk ikunu ġew osservati kundizzjonijiet oħrajn, ir-riċerkaturi inkwistjoni jiġu eżentati mill-ħlas ta’ drittijiet li normalment jintalbu sabiex wieħed ikun jista’ jara atti nutarili. Huma jgawdu wkoll minn rati ta’ ħlas imnaqqsin għal servizzi ta’ fotokopjar mogħtija mid-Dipartiment. 

 
X'nistennew mingħandek
Tista’ tgħinna nipprovdu servizz aħjar billi:
tgħaddilna l-informazzjoni meħtieġa meta tkun qed tuża s-servizzi tal-Arkivji kif hemm imsemmi aktar ’il fuq;
tkun ċert li l-informazzjoni mitluba tgħaddihielna b’mod preċiż u fil-pront;
tinfurmana fil-pront jekk ikollok xi diffikultajiet bis-servizz li nagħtuk, sabiex aħna nkunu nistgħu nirranġaw is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun;
taġixxi b’mod edukat mal-membri tal-istaff tagħna;
tosserva r-regoli tal-Arkivji, bħal pereżempju li ma tpejjipx fil-post, ma tħażżiżx fuq volumi u ma tikkawżax ħsara lil dokumenti tal-Uffiċċju.

 Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-​07.30 sa 15.00
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt

 Websajt