Boroż ta 'studju għall-grad ta' masters fil-Medju Evu u l-perjodu modern bikri (palaeografija)
Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jgħarraf lill-pubbliku li
tnediet sejħa għall-borża ta’ studju li twassal għal Master Degree fiż-Żminijiet
tan-Nofs u l-Perjodu Modern Bikri (Paleografija). Din l-iskema qed tkun iffinanzjata mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili.
Għall-iskop ta’ din is-sejħa,
jistgħu japplikaw dawk li jkunu uffiċjalment aċċettati biex isegwu programm ta’ studju fuq bażi full-time fil-livell MQF 7 għat-terminu ta’ sena, f’istituzzjoni uffiċċjalment rikonoxxuta u
akkreditata. Ir-regolamenti u l-applikazzjoni marbuta ma’ din l-iskema huma
aċċessibbli minn fuq is-sit eletroniku www.ntg.gov.mt
L-applikazzjonijiet għal din l-iskema jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju
2019, f’nofsinhar (ħin lokali). L-applikazzjonijiet għandhom
ikollhom il-Unconditional Letter of Acceptance (ULA) maħruġa mill-istituzzjoni
uffiċċjalment rikonoxxuta li tkun aċċettat lill-applikant.
F’każ ta’ diffikultà, wieħed jista’ jċempel 22479820/3 għal aktar tagħrif jew
jibgħat email lill-indirizz elettroniku notarial.archives@gov.mt.
Regolamenti għal boroż ta' Studju