Navigate Up
Sign In

Quality Label

​​L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern kiseb il-Quality Label.

Il-Quality Label hija marka ta' kwalità li jista' jikseb kull dipartiment jew entità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, meta l-kwalità tas-servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell ta' servizz kif definit permezz tal-4 Pilastri tas-Servizz ta' Kwalità (vuċi li tipprovdi smigħ lill-klijent u l-aspettattivi tiegħu, disinn li jitfassal fuq livelli taˈ kwalità fil-kuntest ta' dawn l-aspettattivi, pakkett ibbażat fuq l-għotja ta' servizz ta' eċċellenza u kontabilità fejn kull min jagħti servizz jidħol responsabbli għas-sodisfazzjon tal-klijent), l-15 Kriterji ta' Servizz ta' Kwalità kif definiti mill-mudell ta' kwalità SERVQUAL (Affidabilità, Empatija, Assigurazzjoni, Reazzjoni u Aspetti Tanġibbli), Direttiva 4-2 u kull direttiva jew politika li tistabbilixxi livelli ġodda ta' servizz ta' kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.

Iċ-Charter tal-Uffiċċju​ tan-Nutar tal-Gvern jitniżżel bil-verżjoni Ingliża minn hawn* u bil-verżjoni Maltija minn hawn*

Bil-kisba tal-Quality Label, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern huwa kommess li jwettaq monitoraġġ kontinwu tal-livelli miksuba bil-għan taż-żamma tal-Quality Label.

Aktar informazzjoni dwar il-Quality Label tista' tiġi aċċessata minn h​awn​.​​

 Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-​07.30 sa 15.00
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt

 Websajt