Aħna nwegħdu li nagħtuk servizz effiċjenti u b’rispett. Se nassiguraw ruħna li l-istaff ikollu t-taħriġ neċessarju sabiex jiggwidak b’mod soddisfacenti biex tkun tista' tordna, u dwar materji legali jirreferik għand xi ħadd min-Nutara tal-Uffiċċju jekk tinqala’ l-ħtieġa. Nassigurawk li ser tingħata servizz t’ikkuppjar effiċjenti, li l-ordnijiet kollha jiġu mwassla lilek fil-ħin u li l-ambjent tal-Uffiċċju jinżamm nadif u li jilqgħek. F’każijiet verament urġenti nagħmlu mill-aħjar biex naqduk dakinhar stess.
Servizz ta’ Kwalita`
Fi żmien għaxar minuti nagħtuk il-volumi tal-atti nutarili sabiex tarahom. Ordnijiet onlajn jiġu pproċessati u jittellgħu fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol u l-ħlas isir onlajn. Kopji legali jistgħu jiġu ordnati onlajn u jistgħu jinġabru personalment fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol. Se ntellgħu testmenti pubbliċi onlajn fejn iż-żewġ testaturi huma mejta.
Il-feedback tiegħek
Napprezzaw l-opinjoni tiegħek dwar is-servizz tagħna. Jekk jogħġbok imla l-formola apposta li tista’ tinġabar mir-reception. Din tgħinna ntejbu l-livell tas-servizz li nagħtu.
Ilmenti
Jekk jidhirlek li m’intix soddisfatt bis-servizz li tingħata, tista’ immedjatament tressaq l-ilment tiegħek għand uffiċċjal anzjan mill-Uffiċċju, li jifli l-każ fil-pront u, jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, iressqu quddiem il-Kap tad-Dipartiment. L-ilmenti jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta’ e-mail fuq notarial.archives@gov.mt