07.30 sa 15.00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, is-sena kollha
Minbarra l-arkivju prinċipali, hemm arkivju ieħor ġewwa 24 Triq San Kristofru, il-Belt, li jkun miftuħ għall-pubbliku kuljum bejn it-8.00 u t-15.00.
Fejn issibna:
Indirizz: Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u l-Arkivji Nutarili - 2, Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt VLT 1310
Telefon: 22479800
Aċċessibilita` għal Persuni Anzjani u Nies b’Diżabilita`
Persuni anzjani u nies b’diżabilita` li ma jkunux jistgħu jitilgħu torġien jiġu moqdija fis-sular t’isfel. Fil-każ ta’ persuni li jagħmlu użu minn wheelchair, tiġi pprovduta rampa sabiex ikollom aċċess għall-Uffiċċju. Wara konsultazzjonijiet mal-KNPD, twaħħlet qanpiena ħdejn l-entratura prinċipali sabiex wieħed ikun jista’ jingħata għajnuna fil-pront.