Navigate Up
Sign In

Aċċessibilita` fl-Arkivju Nutarili għal persuni bi problema ta’ mobilita’

Ninsabu konxji mill-fatt li kif tidħol fil-binja hemm tarġa li taf tkun ta’ xkiel għal persuni bi problemi ta’ mobilita`. F’każ ta’ persuna b’wheelchair, il-persuna inkarigata mis-sigurta` fl-Uffiċċju tagħna tkun tista tassisti lill-persuna, jew saħansitra toffrilha li tqiegħed ir-rampa tal-injam sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess.

Is-servizz li jippermetti li wieħed jara kuntratt jingħata fl-ewwel sular. Hemm madwar 20 tarġa sabiex wieħed jasal fir-reading room u jara l-kuntratt hemmhekk. Ma hemmx lift sabiex wieħed jitla’ fir-reading room.  Għalhekk dan l-uffiċċju huwa kommess li, f’każ li kljient ma jkunx jista’ jitla’ t-taraġ, is-servizz fuq imsemmi jingħata mill-boardroom isfel taħt is-sorveljanza ta’ persuna delegata min-Nutar Prinċipali tal-Gvern. Dan is-servizz huwa estiż ukoll għal dawk il-klijenti li japplikaw sabiex jirrevokaw prokura jew jixtiequ jkellmu lil xi persuna li taħdem fl-Arkivju.

F’kull każ, il-klijent għandu jinforma lill-persuna li tkun fir-reception desk sabiex din tkun tista’ tiddiriġih skont il-każ.

 Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-​07.30 sa 15.00
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt

 Websajt