Navigate Up
Sign In

Dwarna


 
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u l-Arkivji Nutarili jiffurmaw Dipartiment tal-Gvern wieħed imwaqqaf b’liġi u mmexxi min-Nutar Prinċipali tal-Gvern skont kif tipprovdi l-liġi. 

 
L-Arkivju ewlieni, li  jinsab fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt, jilqa’ fih l-atti oriġinali tan-nutara Maltin, filwaqt li l-Arkivju li jinsab fi Triq San Kristofru, il-Belt, iħaddan ir-reġistri (kopji) ta’ atti li tagħhom in-Nutar Prinċipali huwa l-Konservatur.

 
B’mod ġenerali, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern joffri varjeta` ta’ servizzi legali u nutarili lil entitajiet tal-Gvern u l-pubbliku inġenerali.

 
Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet li jaqgħu taħt dan l-Uffiċċju huma regolati mill-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap 55 tal-Liġijiet ta’ Malta). 

 Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-​07.30 sa 15.00
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt

 Websajt