Navigate Up
Sign In

Avviż!!

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja jiddiżassoċja ruħu minn kwalunkwe attentati permezz ta’ telefonati li jirriżulta illi qed isiru allegatament min-numru telefoniku tal-istess Dipartiment 23279400 (“spoofing”) fejn persuni jistgħu jintalbu jagħtu dettalji personali tagħhom inkluż in-numru tal-karta tal-identita` rispettiva tagħhom. Dawn l-attentati ġew debitament irrappurtati lill-Pulizija Eżekuttiva.

Jirriżulta illi għalkemm in-numri jidhru lokali, importanti li individwi li jirċevu dawn is-sejħiet ma jagħtu l-ebda forma ta’ dettalji tagħhom u lanqas isegwu kwalunkwe struzzjonijiet li jistgħu jiġu mogħtija lilhom.

Dan id-Dipartiment huwa infurmat illi l-Pulizija Eżekuttiva qiegħda toħloq għarfien dwar dan permezz tal-midja soċjali u bosta stqarrijiet għall-istampa u li ser ikunu qed jagħmlu wkoll kuntatt mal-fornituri tas-servizzi lokali sabiex jibagħtu SMS lil klijenti tagħhom f’dan ir-rigward.

 

Dettalji ta' Kuntatt:

 Dipartiment tal-Ġustizzja 
14, Triq is-Suq,
Floriana FRN 1082
Malta
 
 Telefown
+356 23279400
 
 Imejl
 
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja twaqqaf lejn l-aħħar tas-sena 2014 permezz ta’ Avviż Legali 402.14​


Il-funzjonijiet tad-Dipartiment huma dawk li jikkoordinaw, jappoġġjaw u jimmonitorjaw dawk l-oqsma fis-settur tal-ġustizzja li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja iżda li għandhom x’jaqsmu mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, biex b’hekk id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja jiffoka aktar fuq il-ġestjoni tal-Qorti u l-proċeduri ġudizzjarji. Aqra iżjed​ 

EU Justice​​​​​​​​