Navigate Up
Sign In

Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni tal-Prattika Professjonali Legali f'Malta taħt it-Titolu Professjonali tal-Istat Membru Domestiku.

Your Europe







Aġġornata L-Aħħar: 2​6/11/2021

Ħarsa Ġenerali
Professjonisti legali mhux Maltin fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f'Malta jridu jirreġistraw mal-awtorità kompetenti lokali. B'dik ir-reġistrazzjoni, ikunu jistgħu jipprattikaw bis-saħħa tat-titolu professjonali ta' pajjiżhom.

X'Se Tingħata
L-applikanti li japplikaw b'suċċess ikunu jistgħu legalment jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f'Malta bit-titolu tal-pajjiż t'oriġini tagħhom, kif jixhed iċ-Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni maħruġ bil-firma tal-President.

Eliġibbiltà
Skont id-Direttiva 98/5/EC, l-applikant irid ikun awtorizzat jeżerċita l-attivitajiet professjonali tiegħu taħt xi wieħed mit-titolu professjonali mniżżlin f’Artikolu 1.
 
Barra minn hekk, l-applikant jridi wkoll jipprovdi s-segwenti:

   kopja taċ-ċertifikat tat-twelid;
   kopja taċ-Ċertifikat jew Warrant biex jipprattika l-professjoni legali fil-pajjiż tal-Unjoni Ewropea li fih ġie rreġistrat inkluż it-titolu legali;
   kopja tad-dokument ta' identità jew passaport;
   kopja tal-kwalifiki;
   dokument li jikkonferma li huwa rreġistrat mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku​;
   ċertikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku li turi li l-applikant huwa ta’ reputazzjoni tajba
   ċertifikat li jipprova r-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku;
   ċertifikat tal-kondotta (maħruġ mhux qabel xahar mid-data tal-applikazzjoni) mill-awtorità kompetenti f'Malta jew mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku kif applikabbli.

M'hemm l-ebda ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward ta' għarfien ta' lingwi speċifiċi.​

Kif Tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.

Metodi ta’ awtentikazzjoni jinkludu eID, eIDAS jew kont tal-Gvern ta’ Malta.

Għal kull applikazzjoni għall-ħruġ ta’ Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni biex wieħed jipprattika l-professjoni legali kif previst fl-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki, id-Direttur ​Ġenerali għall-Ġustizzja għandu jitlob dritt ta’ mitt euro (€100) bħala ħlas ta’ proċessar u għal spejjeż anċillari oħra relatati mal-applikazzjoni. Dan id-dritt għandu jitħallas mal-applikazzjoni u ma jkunx hemm ebda rifużjoni ta’ dan il-ħlas jekk l-applikazzjoni ma tiġix milqugħa. (Regolamenti tal-2015 dwar id-Drittijiet għall-Applikazzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki għall-Avukati, Artikolu 2)

L-awtorità nominata għandha tavża lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha flimkien mar-raġunijiet tagħha li jkunu jimmotivaw dik id-deċiżjoni b’dan li dak li jiġi kkunsidrat ikun limitat għal verifika tal-kwalifiki li jkollu l-applikant. Għandu jkun hemm ukoll disponibbli rimedju għall-applikant kontra tali deċiżjoni quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki stabbilit taħt l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki. (Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki ta’ Professjoni Legali, Artikolu 11).


Improve procedure.jpgImprove information.jpg
Obstacle.jpgAssist.jpg

​​​​​
 

Contact Information:

 Department of Justice 
14, Market Street,
Floriana FRN 1082
Malta
 
 Telephone
+356 23275400
 
 Email