Proċess tad-Disinn tas-Servizz
Sabiex jiġi żgurat li s-servizzi elettroniċi jiġu mfassla bi skop li ikunu ċċentrati fuq iċ-ċittadin, il-Ministeru jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni minn diversi partijiet interessati u ċittadini. Dan jirrikjedi li l-parteċipanti jimpenjaw ruħhom b’mod volontarju u attiv f’panels, gruppi iffukati u ta’ esperti, jipprovdu rispons utli.
Il-parteċipazzjoni tiegħek tgħinna nfasslu u nwasslu servizzi elettroniċi b'valur miżjud.
Jekk jogħġbok innota li m'hemm l-ebda forma ta' kumpens marbut għall-membri parteċipanti.
Jekk tabbona għal dan is-servizz, tkun tista' tipparteċipa f'dan il-proċess.
X'inhuma l-benefiċċji
- Tkun innotifikat bl-email b'kull opportunità li tipparteċipa fid-Disinn tas-Servizz
- Ikollok opportunità li tagħti l-opinjonu tiegħek permezz ta' mezzi varji
Napprezzaw il-privatezza tiegħek
Il-privatezza tiegħek hija importanti ħafna għalina. Id-dettalji tal-kuntatt tiegħek (indirizz tal-email) jintużaw biss biex ninfurmawk meta jkun hemm xi opportunitajiet biex tipparteċipa fid-Disinn tas-Servizz.
* Tindika Informazzjoni Mandatorija
ĦASSAR L-ABBONAMENT: Billi tissottometti l-indirizz tal-email tiegħek tkun qed tikkonferma li m'għadekx interessat li tirċievi notifiki bl-email. Aħna niggarantixxu li l-indirizz tal-email tiegħek jitneħħa mil-lista tal-posta.