Aħna nqisu l-kummenti tiegħek u nixtiequ nifhmu x'taħseb dwar is-servizzi tagħna u rridu nisimgħu suġġerimenti ta' kif nistgħu ntejbuhom. Hawn taħt tista timmarka x'servizz ħadt jew għaddejt minnu li jaqgħu taħt il-Ministeru. Tista' tinkludi wkoll xi kummenti u suġġerimenti relatati. Jekk jogħġbok inkludi u niżżel s-servizz li użajt fil-kaxxa tal-kummenti u s-suġġerimenti.
Wieħed jista' juża wkoll l-istess formola biex jitlob kwalunkwe informazzjoni oħra bħal-liġijiet u r-regolamenti tal-gvern, proċeduri, politiki u finanzi.
F'Każ ta' lment
Fil-każ li tkun qed tagħmel ilment, nitolbuk biex tagħti informazzjoni kemm jista' jkun. Dan jgħinna biex insolvu l-ilment tiegħek kemm jista' jkun malajr.
Biex timla lment, tista' tibgħat imejl fuq info.justice@gov.mt jew timla l-formola ta' hawn taħt. Nassigurawk li niġu lura bir-risposta meħtieġa mill-iktar fiss possibbli.